L-informazzjoni fuq dan is-sit web hija relatata mal-elezzjonijiet Ewropej tal-2024. Din se tiġi aġġornata għall-elezzjonijiet li jmiss li se jsiru fl-2029.

Elezzjonijiet Ewropej6-9 ta’ Ġunju 2024

Kif tivvota f'Malta

Din it-taqsima se tipprovdilek informazzjoni dwar l-elezzjonijiet Ewropej fl-2024, inklużi l-proċeduri tal-votazzjoni u l-iskadenzi għar-reġistrazzjoni, jekk int ċittadin tal-UE li tgħix barra mill-Unjoni Ewropea jew f’pajjiż ieħor tal-UE. Jekk pajjiżek jippermetti dan, tista’ tivvota għal kandidati minn pajjiżek stess. Għandek ukoll l-għażla li tivvota għall-kandidati fil-pajjiż tal-UE li tgħix fih.

Rivedut l-aħħar: 09/04/2024