Traskrizzjoni: video tal-elezzjonijiet Ewropej 2024 Żammejt dan fil-fond ta' qalbi għal snin sħaħ. Naħseb dwarha kull filgħodu, imma ma nitkellimx dwarha. Messaġġ għan-neputijiet tiegħi. U għall-bqija tal-Ewropa. GĦADDIHA. Mela, Robin, għandek tkun taf li jienmhux suppost qiegħda hawn illum. Kien imissni mitt. Fis-17 ta' Ġunju 1940. Fil-21, irċevejt telefonata li konna maħkuma mill-armata. Xi ħaġa li konna ħsibna li ma setgħetx isseħħ. Kien xokk kbir. Kif tħossok dwar dak li seħħ hawn ġewwa Praga? Nittamaw li nerġgħu niksbu l-ħelsien u d-demokrazija tagħna. Kelli ħdax-il sena meta bdiet il-gwerra u tnax meta ġew is-suldati. Kienu kullimkien. Inżilt isfel bl-iskutella tal-frott u ħriġt fil-ġnien. Ommi nqatlet hi u tħaddanni biex tipproteġini. Taf int, meta jkollok 12-il sena u tara lil ommok tmut biex tipproteġik, ma tinsieha qatt. F'Timișoara, xi żgħażagħ inqatlu quddiem il-katedral. Missieri ntbagħat f’Auschwitz u nqatel hemmhekk. Ommi telqitni minn idejha u kienet taf li mhux se terġa’ tarani. Ma kellix zijiet u kont inqisha xi ħaġa stramba. Lanqas ma kelli nanniet. Kulħadd kellu n-nanniet. Jien ma kelli lil ħadd. Qatt m'għandek tqis id-demokrazija bħala fatt. Dejjem għandek tappoġġjaha u tħarisha. Fis-17 ta' Novembru, meta beda kollox, kien hemm dimostrazzjoni kbira tal-istudenti. Il-pulizija attakkaw lid-dimostraturi u bdew isawtuhom. Dak kien il-mument meta bdiet ir-rivoluzzjoni. Wara li ħadet l-indipendenza, il-Latvja saret pajjiż ħieles. In-nies kienu liberi li jesprimu l-ħsibijiet tagħhom dwar id-demokrazija. Il-waqgħa tal-ħajt ta' Berlin kienet l-emanċipazzjoni tal-Ewropa kollha. Għażiża Suzanne, għażiża Suus. Jiena ferħana li int kif int, u nħobbok talli int hekk. Taf li jien twelidt f'sena meta d-dinja kienet qed tinħaraq. Ħaġa bħal dik ikollha impatt kbir fuq ħajtek. B'xorti tajba, inti twelidt fi żmien ta' paċi u prosperità. Ftakar dejjem li l-libertà u d-demokrazija mhux dejjem kienu hawn u li malajr nistgħu nitilfuhom. Trid tiġġieled għaliha, trid tkun dejjem għassa u tiġġieled għaliha. Jekk nista' nħallilek messaġġ qabel ma mmur: Id-demokrazija għixha. Isimgħu lil xulxin. Ħudu ħsieb id-demokrazija, meta ma nkunx għadni aktar hawn. Tiddependi minni. Tiddependi minna u l-ġenerazzjoni tagħna. Fl-Ewropa. UŻA L-VOT TIEGĦEK. INKELLA ĦADDIEĦOR JIDDEĊIEDI GĦALIK. L-ELEZZJONIJIET EWROPEJ 8 ta' Ġunju 2024. Il-Parlament Ewropew jixtieq jirringrazzja lil dawk kollha li ħadu sehem f'dan id-dokumentarju talli għaddew l-messaġġ tagħhom.