L-elezzjonijiet Ewropej 2024

Faċli biex taqra

  • Mappa bis-27 pajjiż tal-Unjoni Ewropea

    X’inhuma l-elezzjonijiet Ewropej?

    Fl-elezzjonijiet Ewropej,

    in-nies fl-Unjoni Ewropea jivvutaw għal membri

    biex jirrappreżentawhom fil-Parlament Ewropew.

    L-Unjoni Ewropea hi magħrufa bħala l-UE.

    L-elezzjonijiet isiru fis-27 pajjiż tal-UE.

  • Kalendarju bil-kliem “5 snin” u vleġġa li tifforma ċirku ħdejh

    Meta jsiru l-elezzjonijiet Ewropej?

    L-elezzjonijiet isiru kull 5 snin.

    L-aħħar elezzjonijiet saru f’Mejju 2019.

  • Kalendarju bil-kliem “6-9 ta’ Ġunju, elezzjonijiet Ewropej 2024”

    Meta se jsiru l-elezzjonijiet li jmiss?

    L-elezzjonijiet li jmiss se jsiru mis-6 sad-9 ta’ Ġunju 2024.

    Il-pajjiżi tal-UE jkollhom l-elezzjonijiet fi ġranet differenti.

    Pereżempju,

    fin-Netherlands l-elezzjonijiet isiru l-Ħamis,

    u fi Franza jsiru l-Ħadd.

  • Vot jintefa’ f’kaxxa tal-votazzjonijiet bil-kelma “Ivvota”

    Għaliex hu importanti li tivvota?

    Meta tivvota,

    inti tagħżel lill-Membri tal-Parlament Ewropew.

    Dawn il-Membri jieħdu deċiżjonijiet

    li jaffettwaw il-ħajja tiegħek ta’ kuljum.

    Pereżempju,

    dawn id-deċiżjonijiet jaffettwaw l-impjiegi,

    il-kura tas-saħħa u l-ambjent.

    Il-vot tiegħek jagħmel differenza.

    Jekk tivvota, tkun qed issemma’ leħnek.

  • Illustrazzjoni ta’ mara titkellem quddiem udjenza

    X’inhuma r-regoli tal-elezzjonijiet?

    Jekk trid tivvota,

    jaf trid tirreġistra.

    Tista’ tivvota darba biss f’kull elezzjoni.

    Tista’ tivvota jekk tkun ċittadin tal-UE.

    Tkun ċittadin tal-UE jekk tkun ċittadin ta’ pajjiż tal-UE.

    Tista’ tivvota fl-elezzjonijiet ta’ pajjiż tal-UE li inti ċittadin tiegħu.

    Jekk toqgħod f’pajjiż ieħor tal-UE, tista’ tivvota hemmhekk.

    Tista’ tkun kandidat f’pajjiż wieħed tal-UE.

    Dan jista’ jkun il-pajjiż tal-UE li int ċittadin tiegħu.

    Inkella, jekk toqgħod f’pajjiż ieħor tal-UE,

    tista’ tkun kandidat hemmhekk.

  • Link bil-kliem “Kif tivvota”

    Fejn nista’ nsib informazzjoni fuq kif nivvota?

  • Link bil-kelma “Riżultati”

    Fejn nista’ nsib ir-riżultati tal-elezzjonijiet?

  • Tliet illustrazzjonijiet: munita bis-simbolu tal-euro, dokument bil-kelma “Liġi”, u raġel jitkellem quddiem udjenza

    X’jagħmlu l-Membri tal-Parlament Ewropew?

    Il-Membri tal-Parlament Ewropew jissejħu MPE.

    Il-MPE jirrappreżentaw l-450 miljun persuna li jgħixu fl-UE.

    Il-MPE jaraw il-pjanijiet għal liġijiet ġodda tal-UE.

    Il-MPE jbiddlu wkoll il-liġijiet biex jagħmluhom aħjar.

    Il-MPE u l-Kunsill tal-UE jiddeċiedu fuq il-baġit tal-UE.

    Il-MPE jiċċekkjaw kif qiegħda taħdem l-UE.

    Il-MPE jivvutaw fuq ftehimiet kummerċjali ma’ pajjiżi barra mill-UE.

    Il-MPE jtellgħu l-president tal-Kummissjoni Ewropea.

  • Tliet figuri (żewġ nisa u raġel) u l-kliem “720 MPE”

    Kemm-il MPE se jiġu eletti?

    Fl-2024, se jiġu eletti 720 MPE.

    L-għadd ta’ MPE jiġi deċiż qabel kull elezzjoni.

    L-għadd totali ta’ MPE ma jistax ikun aktar minn 750 u l-president.

    Bħalissa hemm 705 MPE.

    Kull pajjiż tal-UE jista’ jkollu minimu ta’ 6 MPE u massimu ta’ 96.

  • Immaġni ta’ nofs ċirku b’taqsimiet b’kuluri differenti. It-taqsimiet jirrappreżentaw lill-Membri tal-PE fi gruppi politiċi differenti fis-sala tal-votazzjoni fi Strażburgu

    X’jiġri wara l-elezzjonijiet?

    Il-MPE eletti jaħdmu biex jiffurmaw gruppi politiċi.

    Il-gruppi jinkludu MPE minn pajjiżi u gruppi politiċi differenti.

    Il-gruppi jkunu jridu jilħqu l-istess riżultati.

    Il-MPE jtellgħu president għall-Parlament.

    Il-MPE jtellgħu wkoll il-president tal-Kummissjoni Ewropea.