• Mur fil-menù tal-lingwa
  • Mur fil-kontenut prinċipali
Logo tal-Parlament Ewropew
  • Paġna ewlenija
  • Kif jaħdmu l-elezzjonijiet
  • Wara l-elezzjonijiet
  • Għaliex tivvota
Menu
Ħarsa ġenerali
  • Ħarsa ġenerali tar-riżultati
Riżultati Ewropej
  • Riżultati tal-elezzjonijiet
  • Is-siġġijiet skont il-grupp politiku u l-pajjiż
  • Tqassim skont il-partiti nazzjonali u gruppi politiċi
  • Bilanċ bejn is-sessi tal-MPE
  • Parteċipazzjoni elettorali
Għodod
  • Għodda komparattiva
  • Kalkolatur tal-maġġoranza
  • Oħloq il-wiġit tiegħek
  • Iddawnlowdja l-iskedi tad-dejta
Riżultati nazzjonali
  • Il-pajjiżi kollha
  • Franza
  • Id-Danimarka
  • Il-Belġju
  • Il-Bulgarija
  • Il-Finlandja
  • Il-Greċja
  • Il-Kroazja
  • Il-Latvja
  • Il-Litwanja
  • Il-Lussemburgu
  • Il-Polonja
  • Il-Portugall
  • Il-Ġermanja
  • Ir-Rumanija
  • Is-Slovakkja
  • Is-Slovenja
  • Iċ-Ċekja
  • L-Awstrija
  • L-Estonja
  • L-Irlanda
  • L-Italja
  • L-Olanda
  • L-Ungerija
  • Malta
  • Spanja
  • Ċipru
  • BG - български
  • ES - español
  • CS - čeština
  • DA - dansk
  • DE - Deutsch
  • ET - eesti keel
  • EL - ελληνικά
  • EN - English
  • FR - français
  • GA - Gaeilge
  • HR - hrvatski
  • IT - italiano
  • LV - latviešu valoda
  • LT - lietuvių kalba
  • HU - magyar
  • MT - Malti
  • NL - Nederlands
  • PL - polski
  • PT - português
  • RO - română
  • SK - slovenčina
  • SL - slovenščina
  • FI - suomi
  • SV - svenska

L-informazzjoni fuq dan is-sit web hija relatata mal-elezzjonijiet Ewropej tal-2024. Dan se jiġi aġġornat għall-elezzjonijiet li jmiss li se jsiru fl-2029.

Elezzjonijiet Ewropej6-9 ta’ Ġunju 2024

Il-politika dwar il-cookies

Il-paġna tielgħa. Jekk jogħġbok stenna ftit.

Il-Parlament Ewropew jiġbor id-data personali tiegħek sa fejn ikun meħtieġ biex jilħaq għan istituzzjonali speċifiku.
Sabiex inwettqu d-dmirijiet tagħna fir-rigward taċ-ċittadini Ewropej, noħolqu għadd limitat ta’ cookies fuq l-apparat tiegħek.
Cookie hija fajl żgħir ta’ data li sit web jaħżen fuq kompjuter jew apparat mobbli tal-viżitatur.
L-użu tal-cookies tagħna jikkonforma bis-sħiħ mad-Direttiva 2002/58/KE, li, flimkien mar-Regolament (UE) 2018/1725, tiddetermina r-regoli applikabbli fl-Unjoni Ewropea għall-użu tal-cookies li jaħżnu d-data personali tal-utenti finali.

X’inhi l-leġiżlazzjoni rilevanti?

  • Id-Direttiva 2002/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Lulju 2002 dwar l-ipproċessar tad-data personali u l-protezzjoni tal-privatezza fis-settur tal-komunikazzjoni elettronika (Direttiva dwar il-privatezza u l-komunikazzjoni elettronika), ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea fil-31 ta’ Lulju 2002.
  • Ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, ippubblikat f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea fil-21 ta’ Novembru 2018.
  • Id-Deċiżjoni tal-Bureau tal-Parlament Ewropew tas-17 ta’ Ġunju 2019 dwar ir-regoli ta’ implimentazzjoni relatati mar-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-Istituzzjonijiet, Korpi, Uffiċċji u Aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li tħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE.

Id-Direttiva 2002/58/KE

Ir-Regolament (UE) 2018/1725

Id-Deċiżjoni tal-Bureau tal-Parlament Ewropew tas-17 ta’ Ġunju 2019

Xi tkopri din il-politika dwar il-cookies?

Din il-politika dwar il-cookies tapplika għas-siti web li nippubblikaw fuq l-internet taħt id-dominju “elections.europa.eu”.

X’cookies noħolqu?

Nużaw diversi tipi ta’ cookies għal skopijiet differenti.

Il-cookies tekniċi u ta’ sessjoni

Kwalunkwe cookie teknika u ta’ sessjoni li noħolqu hija meħtieġa għall-funzjonament xieraq tas-siti web tagħna u għalhekk titqies obbligatorja. Ninstallawhom fuq l-apparat tiegħek b’mod awtomatiku. Dawn jinħażnu fuq l-apparat tiegħek għat-tul tas-sessjoni u jitħassru meta tagħlaq il-brawżer tiegħek.

Il-cookies ta’ preferenza

Nistgħu nużaw cookies ta’ preferenza biex nimmaniġġjaw żewġ karatteristiċi:

  • il-preferenzi lingwistiċi tiegħek (dan huwa utli minħabba li ħafna mis-siti tagħna huma f’24 lingwa);
  • jekk tajtx il-kunsens tiegħek biex tiġi traċċat mill-għodda tal-analitika tal-web tagħna. Ninstallawhom fuq l-apparat tiegħek b’mod awtomatiku. Dawk il-cookies jinħażnu fuq l-apparat tiegħek għal perjodu ta’ bejn 12 u 13-il xahar.

Il-cookies analitiċi

Nużaw cookies analitiċi biex niġbru informazzjoni statistika dwar kif jintużaw is-siti web tagħna. Dawn il-cookies huma fakultattivi. Ninstallawhom fuq l-apparat tiegħek biss jekk tkun tajt il-kunsens tiegħek jew permezz tal-istrixxun ta’ kunsens korporattiv jew inkella permezz tal-wiġit fin-naħa ta’ fuq ta’ din il-paġna. Tista’ wkoll tibdel l-għażla inizjali tiegħek aktar tard jekk tibdel fehmtek.

Il-cookies kummerċjali

Il-cookies kummerċjali jintużaw biex jimmiraw ir-reklamar online. Ma nużaw l-ebda cookie kummerċjali. Il-politika tagħna hija li nillimitaw kemm jista’ jkun il-cookies li noħolqu fuq l-apparat tiegħek. Ma noħolqux cookies mhux essenzjali.

Il-cookies kollha li nużaw fuq is-siti web tagħna huma elenkati u deskritti fil-paġna tal-inventarju tal-cookies.

X’jimmiraw il-cookies analitiċi tagħna?

Għażilna għodod tal-analitika tal-web tal-AT Internet biex nimmonitorjaw l-użu tas-sit u ntejbu l-kwalità tal-esperjenza tal-ibbrawżjar. Dawn l-għodod jgħinuna nħejju rapporti statistiċi aggregati u anonimi.

Il-politika dwar il-protezzjoni tad-data ta’ AT Internet

Ikkonfigurajna din l-għodda biex kemm jista’ jkun nillimitaw il-ġbir tad-data personali tal-utenti tagħna. Pereżempju, implimentajna l-anonimizzazzjoni tal-indirizz IP billi awtomatikament naqtgħu barra l-aħħar byte (l-aħħar 3 ċifri) tal-indirizz IP ta’ kull viżitatur, u b’hekk ikun impossibbli li jiġu identifikati l-viżitaturi permezz tal-indirizz IP tagħhom biss.

Il-cookies maħluqa fuq l-apparat tiegħek jippermettulna niġbru l-informazzjoni li ġejja:

  • L-indirizz IP (anonimizzat)
  • Is-sorsi (tipi, kampanji, dominji, eċċ.)
  • Il-kontenut li jidher (titlu tal-paġna, konfigurazzjonijiet tal-pubblikazzjoni, mogħdija, URL u URL kanoniku, lingwa, eċċ.)
  • Il-pożizzjoni ġeografika (pajjiż, reġjun, belt)
  • Il-profil tekniku (tagħmir, sistema operattiva, brawżers, daqs tal-iskrin, eċċ.)
  • Il-perjodi (id-data u l-ħin taż-żjara fis-sit, iż-żona tal-ħin tal-utent)
  • Il-kampanji
  • It-tfittxija fis-sit
  • L-avvenimenti (klikks fuq il-kontenut, fuq il-buttuni tal-azzjoni, eċċ.)
  • Il-fajls li ġew ikklikkjati u mniżżla
  • Id-dominji (links għal siti web esterni, is-sit web ta’ referenza)

Il-lista tal-cookies analitiċi tagħna hija disponibbli fil-paġna tal-inventarju tal-cookies tagħna.

Kif tista’ taċċetta jew tirrifjuta l-cookies analitiċi tagħna?

Cookies analitiċi maħluqa mill-għodda tal-analitika tal-web tagħna huma kkunsidrati cookies ta’ partijiet terzi.
Tista’ taċċettahom jew tirrifjutahom billi tuża l-istrixxun ta’ kunsens muri fil-qiegħ tas-siti web tagħna, jew billi tuża l-wiġit fin-naħa ta’ fuq ta’ din il-paġna. Jekk tiddeċiedi li ma taqbilx jew tinjora l-mistoqsija, maħniex se noħolqu cookies analitiċi.
Jekk tippreferi ma tiġix traċċat, tista’ tattiva wkoll il-konfigurazzjoni “Do Not Track” (DNT) fil-brawżers tiegħek. Dan jiżgura li ma nintraċċaw l-ebda attività ta’ bbrawżjar tiegħek. Il-konfigurazzjoni “do not track” hija disponibbli fil-biċċa l-kbira tal-brawżers.

Se jinħolqu xi cookies ta’ partijiet terzi fuq l-apparat tiegħek meta żżur is-siti web tagħna?

Is-siti web tagħna jista’ jkun fihom links għal siti web oħra li jużaw cookies ta’ partijiet terzi.
Jekk jogħġbok aqra u aċċetta l-politika dwar il-cookies u/jew it-termini u l-kundizzjonijiet tas-sit web ikkonċernat qabel taċċessaha.

  • Avviż legali
  • Politika dwar il-privatezza
  • Aċċess
  • Qari ħafif
  • Sitemap
  • Kuntatt