Aċċess
L-aċċessibbiltà għall-internet tfisser li jiġi żgurat li kulħadd, inklużi l-persuni b’diżabilità, ikun jista’ jaċċessa l-informazzjoni fuq l-internet.
L-aċċessibbiltà hija essenzjali għall-persuni b’diżabilità iżda utli għal kulħadd. Pereżempju, proporzjon tajjeb ta’ kuntrast tal-kulur bejn it-test u l-isfond huwa essenzjali għal persuni b’xi insuffiċjenza fil-vista, iżda jagħmel ukoll it-test aktar leġġibbli f’kundizzjonijiet ta’ dawl differenti bħad-dawl tax-xemx u d-dija.
Il-Parlament huwa impenjat li jagħmel is-siti web tiegħu aċċessibbli billi jikkonforma mal-istandard Ewropew EN 301 549 v3.2.1. Dan l-istandard isegwi mill-qrib il-Linji Gwida għall-Aċċessibbiltà għall-Kontenut tal-Web (WCAG) tat-2.1 livell AA.
Din id-dikjarazzjoni ta’ aċċessibbiltà tapplika għal kontenut ippubblikat fuq id-dominju: https://elections.europa.eu/mt/.
Status ta' konformità
Dan is-sit web huwa kompletament konformi mal-istandard Ewropew EN 301 549 v3.2.1 u mal-Linji Gwida għall-Aċċessibbiltà tal-Kontenut tal-Web (WCAG) 2.1 livell AA.
Għandek tkun tista’:
- tkabbar sa 400% tas-sit web mingħajr problemi
- tuża s-sit web billi tuża tastiera biss
- tuża s-sit web bl-użu ta’ teknoloġija ta’ assistenza bħal lenti jew qarrej tal-iskrin
Tħejjija ta’ din id-dikjarazzjoni tal-aċċessibbiltà
Din id-dikjarazzjoni tħejjiet fit-28 ta’ Lulju 2023.
Din id-dikjarazzjoni hija bbażata fuq valutazzjoni fil-fond tal-aċċessibbiltà li kopriet il-paġni web kollha tas-sit web.
Kif nittestjaw dan is-sit web
Perjodikament inwettqu valutazzjonijiet fil-fond tal-aċċessibbiltà li jinkludu testijiet manwali, awtomatizzati u tal-qarrejja tal-iskrin minn esperti tal-aċċessibbiltà. Minbarra dan, aħna nimmonitorjaw kontinwament l-aċċessibbiltà tas-sit web u nwettqu testijiet speċifiċi qabel ma nżidu kontenut jew funzjonalitajiet ġodda.
Rispons u informazzjoni ta’ kuntatt
Meta taqsam magħna l-esperjenza tiegħek tkun qed tgħinna nkomplu ntejbu l-aċċessibbiltà tas-sit web tagħna.
Jekk jogħġbok għidilna jekk tiltaqa’ ma’ xi problemi, jekk ikollok bżonn aċċess għal informazzjoni inaċċessibbli jew jekk issib xi funzjonalità minn tagħna partikolarment utli. Nikkuntattjawk lura mill-aktar fis possibbli.
Ikkuntattja lil Europe Direct
Għal kwalunkwe mistoqsija oħra dwar l-elezzjonijiet Ewropej jekk jogħġbok ikkuntattja l-Unjoni Ewropea
Telefonata minn ġewwa l-UE 00 800 6 7 8 9 10 11 (telefon bla ħlas)
Telefonata minn barra l-UE 0032 2 299 96 96 (rata internazzjonali standard)