Wara l-elezzjonijiet
L-elezzjonijiet Ewropej li saru bejn is-6 u d-9 ta’ Ġunju 2024 jiftħu l-kapitlu li jmiss għall-Unjoni Ewropea. Il-Membri tal-Parlament Ewropew li għadhom kif ġew eletti se jieħdu għadd ta' deċiżjonijiet ewlenin dwar min se jmexxi l-istituzzjonijiet tal-UE u jerġgħu jibdew il-ħidma tal-Parlament li jadotta l-leġiżlazzjoni u jżomm responsabbli lill-Kummissjoni Ewropea u lil korpi oħra tal-UE.
Skopri x'jiġri wara l-elezzjonijiet u kif il-Parlament Ewropew għandu rwol ewlieni fil-proċess.
L-ewwel sessjoni plenarja tal-leġiżlatura l-ġdida se ssir mis-16 sad-19 ta' Lulju fi Strażburgu.
Qabel dik is-sessjoni, il-Membri li jkunu għadhom kif ġew eletti jiffurmaw gruppi politiċi bbażati fuq ideat politiċi komuni.
Fl-ewwel plenarja, il-Parlament jeleġġi l-President, il-Viċi Presidenti u l-Kwesturi l-ġodda tiegħu kif ukoll jiddeċiedi dwar l-għadd ta' Membri tal-PE li se jkunu f'kull kumitat parlamentari.
Fi stadju aktar tard, il-Membri tal-PE se jivvutaw biex jeleġġu President ġdid tal-Kummissjoni Ewropea. Imbagħad jivvalutaw il-kandidati għall-kummissarji permezz ta’ seduti ta’ smigħ pubbliċi. Il-Kummissjoni l-ġdida se jkollha bżonn takkwista l-approvazzjoni tal-Parlament f'votazzjoni plenarja biex tieħu l-kariga.
Sadanittant, il-Membri tal-PE se jkomplu jeżaminaw u jemendaw il-leġiżlazzjoni, jiskrutinizzaw il-ħidma ta' istituzzjonijiet oħra tal-UE u jiddibattu kwistjonijiet topiċi.
- Aqsam fuq Facebook - X'se jkunu l-ewwel kompiti tal-Parlament Ewropew il-ġdid?
- Aqsam fuq Twitter - X'se jkunu l-ewwel kompiti tal-Parlament Ewropew il-ġdid?
- Aqsam fuq LinkedIn - X'se jkunu l-ewwel kompiti tal-Parlament Ewropew il-ġdid?
- Aqsam fuq WhatsApp - X'se jkunu l-ewwel kompiti tal-Parlament Ewropew il-ġdid?
Il-URL ġie kkupjat fuq il-clipboard tiegħek.Il-pajjiżi tal-UE jeħtieġ li jinnotifikaw lill-Parlament Ewropew bl-ismijiet tal-Membri tal-PE li jkunu għadhom kif ġew eletti.
Il-Membri li l-elezzjoni tagħhom tkun ġiet innotifikata lill-Parlament għandhom jiddikjaraw bil-miktub, qabel ma jieħdu s-siġġu tagħhom fil-Parlament, li ma għandhom l-ebda kariga inkompatibbli ma' dik ta' Membru tal-Parlament Ewropew. Il-kumitat għall-affarijiet legali tal-Parlament imbagħad jivverifika dawn id-dikjarazzjonijiet.
- Aqsam fuq Facebook - Kif jiġu ddeterminati l-ismijiet tal-Membri eletti tal-Parlament Ewropew?
- Aqsam fuq Twitter - Kif jiġu ddeterminati l-ismijiet tal-Membri eletti tal-Parlament Ewropew?
- Aqsam fuq LinkedIn - Kif jiġu ddeterminati l-ismijiet tal-Membri eletti tal-Parlament Ewropew?
- Aqsam fuq WhatsApp - Kif jiġu ddeterminati l-ismijiet tal-Membri eletti tal-Parlament Ewropew?
Il-URL ġie kkupjat fuq il-clipboard tiegħek.Il-Membri tal-PE ma jpoġġux fil-kamra skont in-nazzjonalità. Il-biċċa l-kbira tagħhom jingħaqdu ma’ gruppi politiċi li għandhom valuri komuni u objettivi politiċi simili.
Il-gruppi politiċi se jiġu ffurmati fil-ġimgħat ta' wara l-elezzjonijiet.
Grupp politiku jrid ikollu mill-inqas 23 Membru tal-PE minn seba' pajjiżi tal-UE. Il-Membri ma jistgħux jappartjenu għal aktar minn grupp politiku wieħed; inkella, jistgħu jagħżlu li ma jingħaqdux ma’ ebda wieħed u jkunu “mhux affiljati”. Jistgħu jinħolqu gruppi ġodda fi kwalunkwe mument matul il-leġiżlatura.
Kien hemm seba' gruppi politiċi fil-leġiżlatura 2019-2024.
- Aqsam fuq Facebook - Kif u meta jiġu ffurmati l-gruppi politiċi fil-Parlament Ewropew?
- Aqsam fuq Twitter - Kif u meta jiġu ffurmati l-gruppi politiċi fil-Parlament Ewropew?
- Aqsam fuq LinkedIn - Kif u meta jiġu ffurmati l-gruppi politiċi fil-Parlament Ewropew?
- Aqsam fuq WhatsApp - Kif u meta jiġu ffurmati l-gruppi politiċi fil-Parlament Ewropew?
Il-URL ġie kkupjat fuq il-clipboard tiegħek.Il-Membri tal-PE se jeleġġu President ġdid tal-Parlament Ewropew, Viċi Presidenti u Kwesturi u jieħdu deċiżjonijiet importanti oħra dwar l-organizzazzjoni tal-ħidma tagħhom, pereżempju, kemm-il Membru se jpoġġu f'kull kumitat parlamentari.
- Aqsam fuq Facebook - X'jiġri fl-ewwel sessjoni plenarja tal-Parlament Ewropew il-ġdid?
- Aqsam fuq Twitter - X'jiġri fl-ewwel sessjoni plenarja tal-Parlament Ewropew il-ġdid?
- Aqsam fuq LinkedIn - X'jiġri fl-ewwel sessjoni plenarja tal-Parlament Ewropew il-ġdid?
- Aqsam fuq WhatsApp - X'jiġri fl-ewwel sessjoni plenarja tal-Parlament Ewropew il-ġdid?
Il-URL ġie kkupjat fuq il-clipboard tiegħek.L-elezzjoni ta' President ġdid tal-Parlament Ewropew hija l-ewwel kompitu tal-Membri tal-PE meta jiltaqgħu fil-plenarja għall-ewwel darba f'Lulju.
Il-Membri tal-PE jeleġġu l-President għal mandat ta' sentejn u nofs (jiġifieri nofs il-leġiżlatura) li jista' jiġġedded.
In-nomini jistgħu jsiru jew minn grupp politiku jew minn grupp ta' Membri tal-PE li jirrappreżentaw mill-inqas wieħed minn kull għoxrin Membru tal-PE (36 Membru).
Il-vot huwa sigriet. Il-kandidat li jikseb maġġoranza assoluta tal-voti mitfugħa jsir President.
Jekk l-ebda wieħed mill-kandidati ma jirbaħ maġġoranza assoluta wara tliet rawnds ta' votazzjoni, il-Membri tal-PE jagħżlu fir-raba' rawnd bejn iż-żewġ kandidati ewlenin fit-tielet rawnd.
Il-URL ġie kkupjat fuq il-clipboard tiegħek.Wara l-elezzjoni tal-President tal-istituzzjoni, il-Parlament jipproċedi bl-elezzjoni tal-Viċi Presidenti, segwita mill-elezzjoni tal-kwesturi.
Il-Viċi Presidenti u l-Kwesturi jiġu eletti għal mandat ta' sentejn u nofs, l-istess bħall-President.
In-nomini jistgħu jsiru jew minn grupp politiku jew minn grupp ta' Membri tal-PE li jirrappreżentaw mill-inqas wieħed minn kull għoxrin Membru tal-PE (36 Membru).
Il-votazzjoni hija sigrieta u ssir fl-istess ħin għall-kandidati kollha. Kull Membru tal-PE jista' jitfa' voti daqs kemm hemm postijiet disponibbli. Il-kandidati li jiksbu maġġoranza assoluta tal-voti mitfugħa jiġu eletti fl-ordni tan-numru ta' voti miksuba. Jekk jiġu eletti inqas minn 14-il kandidat fl-ewwel votazzjoni, issir it-tieni votazzjoni taħt l-istess kundizzjonijiet.
Jekk ikun meħtieġ it-tielet rawnd ta' votazzjoni, dawk il-kandidati li jifdal li jirbħu l-ogħla numru ta' voti jimlew il-bqija tas-siġġijiet.
Il-ħames Kwesturi jiġu eletti wara bl-istess proċess.
- Aqsam fuq Facebook - Kif jiġu eletti l-Viċi Presidenti u l-Kwesturi tal-Parlament?
- Aqsam fuq Twitter - Kif jiġu eletti l-Viċi Presidenti u l-Kwesturi tal-Parlament?
- Aqsam fuq LinkedIn - Kif jiġu eletti l-Viċi Presidenti u l-Kwesturi tal-Parlament?
- Aqsam fuq WhatsApp - Kif jiġu eletti l-Viċi Presidenti u l-Kwesturi tal-Parlament?
Il-URL ġie kkupjat fuq il-clipboard tiegħek.Matul l-ewwel sessjoni plenarja, il-Membri tal-PE se jiddeċiedu dwar in-numru ta' membri preżenti f'kull kumitat parlamentari.
Il-gruppi politiċi mbagħad jaħtru membri sħaħ u sostituti fil-kumitati. L-allokazzjoni tas-siġġijiet tal-kumitati għal kull grupp politiku tirrifletti l-kompożizzjoni tal-Parlament kollu.
Fl-ewwel laqgħat tal-kumitati, li jsegwu l-ewwel laqgħa plenarja, il-membri tal-kumitati jeleġġu l-Presidenti u l-Viċi Presidenti għal perjodu ta' sentejn u nofs.
- Aqsam fuq Facebook - Min jiddeċiedi dwar il-kompożizzjoni, il-Presidenti u l-Viċi Presidenti tal-kumitati?
- Aqsam fuq Twitter - Min jiddeċiedi dwar il-kompożizzjoni, il-Presidenti u l-Viċi Presidenti tal-kumitati?
- Aqsam fuq LinkedIn - Min jiddeċiedi dwar il-kompożizzjoni, il-Presidenti u l-Viċi Presidenti tal-kumitati?
- Aqsam fuq WhatsApp - Min jiddeċiedi dwar il-kompożizzjoni, il-Presidenti u l-Viċi Presidenti tal-kumitati?
Il-URL ġie kkupjat fuq il-clipboard tiegħek.Il-President tal-Kummissjoni Ewropea jinħatar mill-mexxejja tal-pajjiżi tal-UE li jiltaqgħu fil-Kunsill Ewropew. Il-kandidat magħżul irid jikseb l-appoġġ tal-maġġoranza tal-Membri tal-PE.
Il-Parlament Ewropew jappoġġa l-proċess tal-kandidat ewlieni, li fih il-partiti politiċi Ewropej iħabbru l-kandidati tagħhom għall-President tal-Kummissjoni Ewropea qabel l-elezzjonijiet.
- Aqsam fuq Facebook - L-elezzjonijiet Ewropej kif jinfluwenzaw l-elezzjoni tal-President tal-Kummissjoni Ewropea?
- Aqsam fuq Twitter - L-elezzjonijiet Ewropej kif jinfluwenzaw l-elezzjoni tal-President tal-Kummissjoni Ewropea?
- Aqsam fuq LinkedIn - L-elezzjonijiet Ewropej kif jinfluwenzaw l-elezzjoni tal-President tal-Kummissjoni Ewropea?
- Aqsam fuq WhatsApp - L-elezzjonijiet Ewropej kif jinfluwenzaw l-elezzjoni tal-President tal-Kummissjoni Ewropea?
Il-URL ġie kkupjat fuq il-clipboard tiegħek.L-elezzjoni tal-President tal-Kummissjoni Ewropea hija waħda mill-ewwel kompiti tal-Parlament il-ġdid.
Il-kandidat imressaq mill-mexxejja tal-UE fil-Kunsill Ewropew huwa mistieden jagħmel dikjarazzjoni quddiem il-Membri tal-PE u jieħu sehem f'dibattitu plenarju magħhom. Imbagħad il-Membri tal-PE jipproċedu b'votazzjoni sigrieta.
Sabiex tiġi żgurata l-approvazzjoni tal-Parlament, il-kandidat jeħtieġ li jirċievi l-appoġġ ta' mill-inqas nofs il-Membri kollha tal-PE u wieħed. Jekk il-kandidat ma jiksibx il-maġġoranza meħtieġa, il-Kunsill Ewropew jeħtieġ li jipproponi kandidat ieħor.
Il-URL ġie kkupjat fuq il-clipboard tiegħek.Ladarba jiġi elett, il-President tal-Kummissjoni Ewropea jagħżel il-Kummissarji nnominati abbażi tan-nomini minn kull pajjiż tal-UE u jassenjalhom portafolli ta’ politika differenti. Hemm kummissarju wieħed minn kull pajjiż tal-UE.
- Aqsam fuq Facebook - Min jissuġġerixxi l-kompożizzjoni tal-Kummissjoni Ewropea?
- Aqsam fuq Twitter - Min jissuġġerixxi l-kompożizzjoni tal-Kummissjoni Ewropea?
- Aqsam fuq LinkedIn - Min jissuġġerixxi l-kompożizzjoni tal-Kummissjoni Ewropea?
- Aqsam fuq WhatsApp - Min jissuġġerixxi l-kompożizzjoni tal-Kummissjoni Ewropea?
Il-URL ġie kkupjat fuq il-clipboard tiegħek.Il-Parlament Ewropew jistieden lill-Kummissarji nnominati għal seduti ta' smigħ pubbliċi biex jistabbilixxu jekk humiex adatti għall-karigi li qed ifittxu li jiksbu. Qabel kull seduta ta' smigħ, il-kumitat għall-affarijiet legali tal-Parlament jeżamina d-dikjarazzjoni tal-interessi tal-kandidat.
Is-seduti ta' smigħ jiġu organizzati mill-kumitati parlamentari rispettivi u jixxandru dirett. Il-kandidati jwieġbu mistoqsijiet bil-miktub qabel il-laqgħa, jagħmlu introduzzjoni qasira fil-bidu tas-seduta ta' smigħ u wara dan, iwieġbu mistoqsijiet orali mill-Membri tal-PE.
Wara l-laqgħa, il-Presidenti tal-kumitati kkonċernati u r-rappreżentanti tal-gruppi politiċi jiltaqgħu biex jevalwaw il-kandidati. Jekk ma jkunux sodisfatti għalkollox b’kandidat, jistgħu jiddeċiedu li jistaqsu aktar mistoqsijiet bil-miktub li jfittxu aktar tweġibiet jew jistiednu lill-kandidat għal seduta ta’ smigħ oħra. Imbagħad iħejju ittra ta' evalwazzjoni li tiġi ppreżentata lill-presidenti tal-kumitati u mbagħad lill-President tal-Parlament u lill-mexxejja tal-gruppi politiċi.
Il-kandidati li ma jiksbux evalwazzjoni pożittiva mill-kumitati jistgħu jirtiraw u jiġu sostitwiti minn oħrajn, magħżula mill-ġdid mill-President tal-Kummissjoni fuq proposta tal-pajjiżi rispettivi tal-UE. Il-kandidati l-ġodda jgħaddu wkoll minn seduta ta' smigħ fil-Parlament.
Il-President tal-Parlament u l-mexxejja tal-gruppi janalizzaw il-proċess u l-ittri ta' evalwazzjoni u fuq rakkomandazzjoni tal-presidenti tal-kumitati jistgħu jiddeċiedu li jagħlqu l-proċess tas-smigħ.
- Aqsam fuq Facebook - Il-Parlament Ewropew kif jivvaluta jekk il-kandidati għall-kummissarji humiex xierqa?
- Aqsam fuq Twitter - Il-Parlament Ewropew kif jivvaluta jekk il-kandidati għall-kummissarji humiex xierqa?
- Aqsam fuq LinkedIn - Il-Parlament Ewropew kif jivvaluta jekk il-kandidati għall-kummissarji humiex xierqa?
- Aqsam fuq WhatsApp - Il-Parlament Ewropew kif jivvaluta jekk il-kandidati għall-kummissarji humiex xierqa?
Il-URL ġie kkupjat fuq il-clipboard tiegħek.Wara l-konklużjoni tas-seduti ta' smigħ, il-Parlament jorganizza dibattitu plenarju fejn il-President tal-Kummissjoni jippreżenta t-tim sħiħ ta' kummissarji u l-prijoritajiet politiċi tiegħu.
Il-President elett tal-Kummissjoni jippreżenta t-tim kollu tal-Kummissarji nnominati u l-programm tagħhom f'seduta tal-Parlament. Il-preżentazzjoni hija segwita minn dibattitu.
Il-Parlament jivvota dwar jekk jagħtix l-approvazzjoni tiegħu jew le għall-ħatra, bħala korp, tal-President elett u tal-Kummissarji nnominati. Id-deċiżjoni tittieħed b'maġġoranza tal-voti mitfugħa.
Wieħed mill-ewwel kompiti li jkollu l-Parlament Ewropew il-ġdid wara l-elezzjonijiet huwa li jeleġġi l-President tal-Kummissjoni Ewropea kandidat, filwaqt li jieħdu inkonsiderazzjoni r-riżultati tal-elezzjonijiet Ewropej u nomini possibbli mill-partiti politiċi Ewropej.
Il-Parlament imbagħad jevalwa l-voti fuq dik il-persuna, li trid tikseb maġġoranza assoluta.
Għas-26 kariga oħra ta' kummissarju, il-President li jkun ġie elett u l-pajjiżi tal-UE jagħmlu lista ta' kandidati.
Kull pajjiż ikollu kariga waħda.
Il-Parlament jiċċekkja jekk il-kandidati għandhomx il-ħiliet meħtieġa waqt seduti speċjali u jieħu vot finali biex japprova jew jirrifjuta l-Kummissjoni fit-totalità tagħha.
Il-Membri tal-Parlament Ewropew jivvutaw dwar kwalunkwe tibdil fil-Kummissjoni u għandhom is-setgħa li jxoljuha.
Demokrazija fl-azzjoni
Parlament Ewropew
Id-dettalji ta' kuntatt tal-Membri tal-PE huma disponibbli fil-paġni tal-Membri tal-Parlament Ewropew. Fittex Membri individwali skont l-isem jew il-pajjiż, il-grupp politiku jew il-kumitat. Il-paġni tal-Membri tal-PE fihom l-indirizzi tal-email tagħhom u l-profili tal-midja soċjali tagħhom.
Il-URL ġie kkupjat fuq il-clipboard tiegħek.Il-Parlament Ewropew huwa impenjat li jaħdem bi trasparenza sħiħa.
Is-sessjonijiet plenarji kollha u l-biċċa l-kbira tal-laqgħat tal-kumitati jixxandru b'mod dirett, filwaqt li r-reġistrazzjonijiet tal-laqgħat tal-passat huma disponibbli fuq iċ-Ċentru Multimedjali tal-Parlament.
Il-paġna web tal-plenarja tipprovdi informazzjoni dwar l-aġendi tal-plenarja, it-testi adottati, il-minuti u r-riżultati tal-votazzjonijiet elettroniċi. Il-paġna web tal-kumitati toffri aċċess għad-dokumenti u l-fajls tal-laqgħat relatati mal-ħidma tal-kumitati.
Il-Parlament għandu wkoll l-għan li jżomm lill-Ewropej infurmati dwar il-ħidma tiegħu u jikkomunika permezz ta' mezzi differenti, inklużi l-uffiċċji ta' kollegament, is-sit web u l-midja soċjali tiegħu.
Il-Parlament għandu uffiċċji ta' kollegament fl-ibliet kapitali kollha u l-uffiċċji reġjonali fl-akbar pajjiżi tal-UE. Għadd dejjem jikber ta’ ċentri tal-viżitaturi ta’ Europe Experience madwar l-UE għandhom l-għan li joffru għarfien dirett dwar kif l-UE tagħmel differenza fil-ħajja tan-nies.
It-taqsima tal-Aħbarijiet tas-sit web fiha stqarrijiet għall-istampa u materjali oħra għall-midja, filwaqt li t-taqsima tas-Suġġetti għandha l-għan li tispjega l-ħidma tal-Parlament fuq fajls konkreti u kwistjonijiet usa'.
Il-Parlament għandu kontijiet tal-midja soċjali fuq Facebook, Instagram, X, YouTube, LinkedIn, TikTok u pjattaformi oħra.
Tista' wkoll issegwi l-ħidma tal-Membri individwali tal-PE - ara hawn fuq kif tagħmel kuntatt magħhom.
Il-URL ġie kkupjat fuq il-clipboard tiegħek.