Kif jaħdmu l-elezzjonijiet Ewropej
Kull ħames snin, iċ-ċittadini tal-Unjoni Ewropea jeleġġu l-Membri tal-Parlament Ewropew.
Fl-elezzjonijiet Ewropej, iċ-ċittadini tal-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea jeleġġu r-rappreżentanti tagħhom bħala Membri tal-Parlament Ewropew.
- Aqsam fuq Facebook - X’inhuma l-elezzjonijiet Ewropej? Kif jiġu eletti l-Membri tal-PE?
- Aqsam fuq Twitter - X’inhuma l-elezzjonijiet Ewropej? Kif jiġu eletti l-Membri tal-PE?
- Aqsam fuq LinkedIn - X’inhuma l-elezzjonijiet Ewropej? Kif jiġu eletti l-Membri tal-PE?
- Aqsam fuq WhatsApp - X’inhuma l-elezzjonijiet Ewropej? Kif jiġu eletti l-Membri tal-PE?
Il-Parlament Ewropew huwa l-unika assemblea transnazzjonali eletta direttament fid-dinja. Il-Membri tal-Parlament Ewropew jirrappreżentaw l-interessi taċ-ċittadini tal-UE fil-livell Ewropew.
Kif jaħdem il-Parlament EwropewX’inhu l-Parlament Ewropew?
Huwa l-korp tal-UE li huwa elett direttament min-nies!
Kull 5 snin, il-votanti jagħżlu aktar minn 700 membru - jew MPE - biex jirrappreżentaw 450 miljun ċittadin Ewropew.
Il-MPE jaħdmu f'ismek, u jiddibattu, ifasslu u jgħaddu l-liġijiet dwar kwistjonijiet ċentrali fil-ħajja tagħna.
Il-parlament jiddefendi l-libertà, l-ugwaljanza u l-istat tad-dritt madwar l-UE u jippromwovi d-demokrazija u d-drittijiet umani madwar id-dinja.
Jaħtar il-president tal-Kummissjoni Ewropea u jaċċerta li l-istituzzjonijiet tal-UE qed jagħmlu xogħolhom kif suppost.
Il-MPE jiddeċiedu kif jintefqu l-flus tal-UE u jiffirmaw il-baġit tal-UE.
Il-Parlament Ewropew huwa l-ħolqa tiegħek għad-deċiżjonijiet l-importanti!
Demokrazija fl-azzjoni
Parlament Ewropew
Flimkien mar-rappreżentanti tal-gvernijiet tal-pajjiżi tal-UE, l-Membri tal-PE isawru u jiddeċiedu dwar liġijiet ġodda li jinfluwenzaw l-aspetti kollha tal-ħajja madwar l-Unjoni Ewropea, mill-appoġġ għall-ekonomija u l-ġlieda kontra l-faqar sat-tibdil fil-klima u s-sigurtà.
Il-Membri tal-PE jixħtu dawl fuq suġġetti politiċi, ekonomiċi u soċjali importanti u jħarsu l-valuri tal-Unjoni Ewropea: ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem, il-libertà, id-demokrazija, l-ugwaljanza u l-istat tad-dritt.
Il-Parlament japprova l-baġit tal-UE u jiskrutinizza kif jintefqu l-flus. Huwa jeleġġi wkoll il-President tal-Kummissjoni Ewropea, jaħtar il-Kummissarji tagħha u jżommhom responsabbli.
L-elezzjonijiet Ewropej isiru kull ħames snin. L-aħħar elezzjonijiet Ewropej saru f’Mejju 2019.
L-elezzjonijiet Ewropej li jmiss se jsiru mis-6 sad-9 ta' Ġunju 2024.
Huwa f’idejn kull pajjiż li jmexxi l-elezzjoni, iżda hemm xi prinċipji komuni li jridu japplikaw.
- L-elezzjonijiet isiru matul perjodu ta’ erbat ijiem, mill-Ħamis sal-Ħadd.
- In-numru ta’ Membri tal-PE eletti minn partit politiku huwa proporzjonali għan-numru ta’ voti li jirċievi.
- Iċ-ċittadini tal-UE residenti f’pajjiż ieħor tal-UE jistgħu jivvutaw u joħorġu għall-elezzjoni hemmhekk.
- Kull ċittadin jista’ jivvota darba biss.
Aqra aktar dwar ir-regoli komuni u nazzjonali. Dalwaqt se jkunu disponibbli paġni apposta b’informazzjoni dwar l-elezzjonijiet Ewropej f’pajjiżek.
- Aqsam fuq Facebook - X’regoli tal-elezzjoni Ewropea huma komuni fil-pajjiżi kollha tal-UE?
- Aqsam fuq Twitter - X’regoli tal-elezzjoni Ewropea huma komuni fil-pajjiżi kollha tal-UE?
- Aqsam fuq LinkedIn - X’regoli tal-elezzjoni Ewropea huma komuni fil-pajjiżi kollha tal-UE?
- Aqsam fuq WhatsApp - X’regoli tal-elezzjoni Ewropea huma komuni fil-pajjiżi kollha tal-UE?
L-għadd ta’ Membri tal-PE jiġi deċiż qabel kull elezzjoni. In-numru totali ma jistax jaqbeż is-750 u l-president. Bħalissa hemm 705 Membri tal-PE.
L-għadd ta’ MEPs eletti minn kull pajjiż tal-UE jintlaħaq qbil dwaru qabel kull elezzjoni u huwa bbażat fuq il-prinċipju ta’ proporzjonalità digressiva, li jfisser li kull Membru tal-PE minn pajjiż akbar jirrappreżenta aktar nies minn MPE minn pajjiż iżgħar. In-numru minimu ta’ Membri tal-PE minn kwalunkwe pajjiż huwa ta’ sitta u n-numru massimu huwa ta’ 96.
L-elezzjonijiet huma kkontestati mill-partiti politiċi nazzjonali iżda ladarba l-Membri tal-PE jiġu eletti, il-biċċa l-kbira jagħżlu li jsiru parti minn gruppi politiċi transnazzjonali. Il-biċċa l-kbira tal-partiti nazzjonali huma affiljati ma’ partit politiku madwar l-Ewropa kollha.
- Aqsam fuq Facebook - Qed nivvotaw għall-partiti nazzjonali jew għall-partiti Ewropej?
- Aqsam fuq Twitter - Qed nivvotaw għall-partiti nazzjonali jew għall-partiti Ewropej?
- Aqsam fuq LinkedIn - Qed nivvotaw għall-partiti nazzjonali jew għall-partiti Ewropej?
- Aqsam fuq WhatsApp - Qed nivvotaw għall-partiti nazzjonali jew għall-partiti Ewropej?
L-Membri tal-PE ipoġġu fi gruppi politiċi abbażi ta’ ideali komuni. Kull grupp għandu minimu ta’ 23 Membru tal-PE minn tal-inqas kwart tal-pajjiżi tal-UE. Hemm seba’ gruppi fil-Parlament attwali.
Ir-riżultati tal-elezzjonijiet se jiġu rrappurtati b’mod dirett fuq is-sit web tal-Parlament Ewropew.
- Aqsam fuq Facebook - Fejn se nsib ir-riżultati tal-elezzjonijiet Ewropej tal-2024?
- Aqsam fuq Twitter - Fejn se nsib ir-riżultati tal-elezzjonijiet Ewropej tal-2024?
- Aqsam fuq LinkedIn - Fejn se nsib ir-riżultati tal-elezzjonijiet Ewropej tal-2024?
- Aqsam fuq WhatsApp - Fejn se nsib ir-riżultati tal-elezzjonijiet Ewropej tal-2024?
Il-Membri tal-PE eletti jaħdmu biex jiffurmaw gruppi politiċi. Fl-ewwel sessjoni plenarja tiegħu fejn jiltaqgħu l-Membri tal-PE kollha, il-Parlament il-ġdid jeleġġi President. F’sessjoni sussegwenti, il-Parlament se jeleġġi l-President il-ġdid tal-Kummissjoni Ewropea u aktar tard se jeżamina u japprova l-Kulleġġ kollu tal-Kummissarji.
Il-Kummissjoni Ewropea hija l-fergħa eżekuttiva tal-UE, responsabbli biex tipproponi u timplimenta l-liġi tal-UE u t-tmexxija ta’ kuljum tal-UE. Il-Parlament Ewropew, li jirrappreżenta l-interessi taċ-ċittadini tal-UE, u l-Kunsill, li jirrappreżentaw l-interessi tal-pajjiżi, isawru l-proposti tal-Kummissjoni u, jekk jaqblu dwarhom, jadottawhom.
Aqra aktar dwar l-UE u l-istituzzjonijiet tagħha.- Aqsam fuq Facebook - X’inhi d-differenza bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni Ewropea?
- Aqsam fuq Twitter - X’inhi d-differenza bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni Ewropea?
- Aqsam fuq LinkedIn - X’inhi d-differenza bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni Ewropea?
- Aqsam fuq WhatsApp - X’inhi d-differenza bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni Ewropea?
Ikkuntattja lil Europe Direct
Għal kwalunkwe mistoqsija oħra dwar l-elezzjonijiet Ewropej jekk jogħġbok ikkuntattja l-Unjoni Ewropea
Telefonata minn ġewwa l-UE 00 800 6 7 8 9 10 11 (telefon bla ħlas)
Telefonata minn barra l-UE 0032 2 299 96 96 (rata internazzjonali standard)