• Mur fil-menù tal-lingwa
  • Mur fil-kontenut prinċipali
Logo tal-Parlament Ewropew
  • Paġna ewlenija
  • Kif jaħdmu l-elezzjonijiet
  • Wara l-elezzjonijiet
  • Għaliex tivvota
Menu
Ħarsa ġenerali
  • Ħarsa ġenerali tar-riżultati
Riżultati Ewropej
  • Riżultati tal-elezzjonijiet
  • Is-siġġijiet skont il-grupp politiku u l-pajjiż
  • Tqassim skont il-partiti nazzjonali u gruppi politiċi
  • Bilanċ bejn is-sessi tal-MPE
  • Parteċipazzjoni elettorali
Għodod
  • Għodda komparattiva
  • Kalkolatur tal-maġġoranza
  • Oħloq il-wiġit tiegħek
  • Iddawnlowdja l-iskedi tad-dejta
Riżultati nazzjonali
  • Il-pajjiżi kollha
  • Franza
  • Id-Danimarka
  • Il-Belġju
  • Il-Bulgarija
  • Il-Finlandja
  • Il-Greċja
  • Il-Kroazja
  • Il-Latvja
  • Il-Litwanja
  • Il-Lussemburgu
  • Il-Polonja
  • Il-Portugall
  • Il-Ġermanja
  • Ir-Rumanija
  • Is-Slovakkja
  • Is-Slovenja
  • Iċ-Ċekja
  • L-Awstrija
  • L-Estonja
  • L-Irlanda
  • L-Italja
  • L-Olanda
  • L-Ungerija
  • Malta
  • Spanja
  • Ċipru
  • BG - български
  • ES - español
  • CS - čeština
  • DA - dansk
  • DE - Deutsch
  • ET - eesti keel
  • EL - ελληνικά
  • EN - English
  • FR - français
  • GA - Gaeilge
  • HR - hrvatski
  • IT - italiano
  • LV - latviešu valoda
  • LT - lietuvių kalba
  • HU - magyar
  • MT - Malti
  • NL - Nederlands
  • PL - polski
  • PT - português
  • RO - română
  • SK - slovenčina
  • SL - slovenščina
  • FI - suomi
  • SV - svenska

L-informazzjoni fuq dan is-sit web hija relatata mal-elezzjonijiet Ewropej tal-2024. Dan se jiġi aġġornat għall-elezzjonijiet li jmiss li se jsiru fl-2029.

Elezzjonijiet Ewropej6-9 ta’ Ġunju 2024

Għaliex hu importanti li tivvota

Billi jivvutaw fl-elezzjonijiet Ewropej, miljuni ta’ Ewropej jipparteċipaw fit-tiswir tal-futur tad-demokrazija Ewropea.

Huwa mument uniku meta lkoll nistgħu niddeċiedu kollettivament dwar il-futur tal-Unjoni Ewropea. Dejjem hu importanti li tivvota, kemm fil-livell lokali, nazzjonali kif ukoll Ewropew. Din hija opportunità eċċellenti biex issemma’ leħnek dwar is-suġġetti għal qalbek.

Uża l-vot tiegħek biex tgħin tbiddel id-dinja li tgħix fiha

Faċli ninsew kemm ir-riżultat tal-elezzjonijiet Ewropej jolqot nies. Il-Parlament Ewropew jadotta liġijiet li jolqtu lil kulħadd: il-pajjiżi l-kbar u l-komunitajiet ż-żgħar, il-kumpaniji b’saħħithom u n-negozji ż-żgħar li għadhom jibdew, fil-livell globali u lokali.

Il-liġijiet tal-UE jindirizzaw il-biċċa l-kbira tal-prijoritajiet tan-nies: l-ambjent, is-sigurtà, il-migrazzjoni, il-politiki soċjali, id-drittijiet tal-konsumatur, l-ekonomija, l-istat tad-dritt u ħafna aktar. Illum, kull suġġett nazzjonali importanti għandu wkoll perspettiva Ewropea.

Il-vot tiegħek se jiddeċiedi liema Membri tal-Parlament Ewropew se jirrappreżentawk fit-tħejjija ta’ liġijiet ġodda. Se jinfluwenza wkoll l-elezzjoni tal-Kummissjoni Ewropea. Dawn id-deċiżjonijiet se jsawru l-ħajja tiegħek ta’ kuljum u dik ta’ ħafna oħrajn.

Uża l-vot tiegħek biex tindirizza l-isfidi globali li għandna quddiemna

F’dinja dejjem aktar kumplessa, instabbli u interkonnessa, l-Unjoni Ewropea tindirizza l-isfidi globali li l-ebda pajjiż tal-UE ma jista’ jsib tarfhom waħdu. Mhijiex biċċa xogħol sempliċi biex tindirizza dawn il-ħafna sfidi - iżda l-vot tiegħek huwa l-mod li bih inti tista' tinfluwenza d-direzzjoni ta’ dan ix-xogħol.

Uża l-vot tiegħek biex tiddefendi d-demokrazija

Id-demokrazija qatt m’għandha titqies bħala xi ħaġa fatta. Hija kisba kollettiva – u hija responsabbiltà kollettiva li fiha lkoll kemm aħna għandna rwol.

Id-demokrazija tibda biċ-ċittadini: huwa l-vot tagħna fl-elezzjonijiet Ewropej li jagħti l-bidu għall-proċess, u d-deċiżjonijiet li jittieħdu hemmhekk għandhom effetti fuq ħajjitna. Jekk ma nipparteċipawx, ma jkollniex il-possibbiltà li nsawru l-futur; iżda, agħar minn hekk, id-demokrazija parlamentari Ewropea titlef il-qawwa tagħha u l-valuri tagħha ma jibqgħu jfissru xejn.

Aktar ma jivvutaw nies, aktar tissaħħaħ id-demokrazija.

  • Avviż legali
  • Politika dwar il-privatezza
  • Aċċess
  • Qari ħafif
  • Sitemap
  • Kuntatt