• Mur fil-menù tal-lingwa
  • Mur fil-kontenut prinċipali
Logo tal-Parlament Ewropew
  • Paġna ewlenija
  • Kif jaħdmu l-elezzjonijiet
  • Wara l-elezzjonijiet
  • Għaliex tivvota
Menu
Ħarsa ġenerali
  • Ħarsa ġenerali tar-riżultati
Riżultati Ewropej
  • Riżultati tal-elezzjonijiet
  • Is-siġġijiet skont il-grupp politiku u l-pajjiż
  • Tqassim skont il-partiti nazzjonali u gruppi politiċi
  • Bilanċ bejn is-sessi tal-MPE
  • Parteċipazzjoni elettorali
Għodod
  • Għodda komparattiva
  • Kalkolatur tal-maġġoranza
  • Oħloq il-wiġit tiegħek
  • Iddawnlowdja l-iskedi tad-dejta
Riżultati nazzjonali
  • Il-pajjiżi kollha
  • Franza
  • Id-Danimarka
  • Il-Belġju
  • Il-Bulgarija
  • Il-Finlandja
  • Il-Greċja
  • Il-Kroazja
  • Il-Latvja
  • Il-Litwanja
  • Il-Lussemburgu
  • Il-Polonja
  • Il-Portugall
  • Il-Ġermanja
  • Ir-Rumanija
  • Is-Slovakkja
  • Is-Slovenja
  • Iċ-Ċekja
  • L-Awstrija
  • L-Estonja
  • L-Irlanda
  • L-Italja
  • L-Olanda
  • L-Ungerija
  • Malta
  • Spanja
  • Ċipru
  • BG - български
  • ES - español
  • CS - čeština
  • DA - dansk
  • DE - Deutsch
  • ET - eesti keel
  • EL - ελληνικά
  • EN - English
  • FR - français
  • GA - Gaeilge
  • HR - hrvatski
  • IT - italiano
  • LV - latviešu valoda
  • LT - lietuvių kalba
  • HU - magyar
  • MT - Malti
  • NL - Nederlands
  • PL - polski
  • PT - português
  • RO - română
  • SK - slovenčina
  • SL - slovenščina
  • FI - suomi
  • SV - svenska

L-informazzjoni fuq dan is-sit web hija relatata mal-elezzjonijiet Ewropej tal-2024. Dan se jiġi aġġornat għall-elezzjonijiet li jmiss li se jsiru fl-2029.

Elezzjonijiet Ewropej6-9 ta’ Ġunju 2024

Aċċess

L-aċċessibbiltà għall-internet tfisser li jiġi żgurat li kulħadd, inklużi l-persuni b’diżabilità, ikun jista’ jaċċessa l-informazzjoni fuq l-internet.

L-aċċessibbiltà hija essenzjali għall-persuni b’diżabilità iżda utli għal kulħadd. Pereżempju, proporzjon tajjeb ta’ kuntrast tal-kulur bejn it-test u l-isfond huwa essenzjali għal persuni b’xi insuffiċjenza fil-vista, iżda jagħmel ukoll it-test aktar leġġibbli f’kundizzjonijiet ta’ dawl differenti bħad-dawl tax-xemx u d-dija.

Il-Parlament huwa impenjat li jagħmel is-siti web tiegħu aċċessibbli billi jikkonforma mal-istandard Ewropew EN 301 549 v3.2.1. Dan l-istandard isegwi mill-qrib il-Linji Gwida għall-Aċċessibbiltà għall-Kontenut tal-Web (WCAG) tat-2.1 livell AA. 

Din id-dikjarazzjoni ta’ aċċessibbiltà tapplika għal kontenut ippubblikat fuq id-dominju: https://elections.europa.eu/mt/.

Status ta' konformità

Dan is-sit web huwa parzjalment konformi mal-istandard Ewropew EN 301 549 v3.2.1 u mal-Linji Gwida għall-Aċċessibbiltà tal-Kontenut tal-Web (WCAG) 2.1 livell AA. Għal aktar dettalji, iċċekkja t-taqsima “Kontenut mhux aċċessibbli” 

Għandek tkun tista’:

  • tkabbar sa 400% tas-sit web mingħajr problemi
  • tuża s-sit web billi tuża tastiera biss
  • tuża l-biċċa l-kbira tas-sit web bl-użu ta’ teknoloġija ta’ assistenza bħal lenti jew qarrej tal-iskrin

Fit-testijiet tagħna, identifikajna problemi b’xi komponenti tas-sit web meta nużaw teknoloġiji assistivi f’apparat mobbli. Dawn il-problemi jseħħu anki jekk dawn il-komponenti ġew ikkodifikati skont l-ispeċifikazzjonijiet. Dawn il-problemi ma jseħħux b’teknoloġiji assistivi simili f’apparat desktop.

Tħejjija ta’ din id-dikjarazzjoni tal-aċċessibbiltà

Data li fiha tħejjiet din id-dikjarazzjoni: 10/12/2024.

Kif nittestjaw dan is-sit web

Perjodikament inwettqu valutazzjonijiet fil-fond tal-aċċessibbiltà li jinkludu testijiet manwali, awtomatizzati u tal-qarrejja tal-iskrin minn esperti tal-aċċessibbiltà. Minbarra dan, aħna nimmonitorjaw kontinwament l-aċċessibbiltà tas-sit web u nwettqu testijiet speċifiċi qabel ma nżidu kontenut jew funzjonalitajiet ġodda.

Kontenut mhux aċċessibbli

Minkejja l-aħjar sforzi tagħna biex niżguraw l-aċċessibbiltà tas-sit web, aħna konxji ta’ xi limitazzjonijiet. Jekk jogħġbok għarrafna jekk issib xi limitazzjoni li mhijiex elenkata hawn taħt.

Paġni web fuq https://elections.europa.eu/mt/parliament-president/:

  • il-video player ma jsegwix bis-sħiħ l-istandards ta’ aċċessibbiltà
  • il-filmati ma għandhomx sottotitoli deskrittivi
  • hija disponibbli biss traskrizzjoni bl-Ingliż

Abbażi tat-testijiet tagħna u minkejja l-limitazzjonijiet, l-utenti ta’ teknoloġiji assistivi u tastiera biss għandhom ikunu jistgħu jħaddmu l-video player.

Paġni web fuq https://elections.europa.eu/european-commission/mt/:

  • il-video player ma jsegwix bis-sħiħ l-istandards ta’ aċċessibbiltà
  • il-filmati ma għandhomx sottotitoli deskrittivi
  • id-dokumenti ma jsegwux bis-sħiħ l-istandards ta’ aċċessibbiltà

Rapport verbatim huwa disponibbli.

Abbażi tat-testijiet tagħna u minkejja l-limitazzjonijiet, il-biċċa l-kbira tad-dokumenti jinqraw minn teknoloġiji assistivi.

Paġni web fuq https://results.elections.europa.eu/mt/ :

  • xi graffs, mapep jew ċarts mhumiex aċċessibbli għal teknoloġiji ta’ assistenza. F’dawn il-każijiet, l-istess informazzjoni hija disponibbli f’format ta’ tabella
  • xi komponenti għandhom kwistjonijiet identifikati minn għodod awtomatizzati ta’ verifika tal-aċċessibbiltà

Abbażi tat-testijiet tagħna u minkejja l-limitazzjonijiet, l-utenti kollha għandhom ikunu jistgħu jaċċessaw il-kontenut u jħaddmu l-komponenti ta’ dawn il-paġni web.

Id-datasheets sħaħ huma disponibbli bħala spreadsheets (fajls “CSV”) fil-paġna web li ġejja: “Riżultati tal-elezzjonijiet - Iddawnlowdja l-iskedi tad-dejta”.

Lil hinn minn dawn il-limitazzjonijiet, il-paġni web kollha inklużi fil-valutazzjoni fil-fond tal-aċċessibbiltà huma kompletament konformi mal-istandard Ewropew EN 301 549 v3.2.1 u mal-Linji Gwida għall-Aċċessibbiltà tal-Kontenut tal-Web (WCAG) 2.1 livell AA.

Rispons u informazzjoni ta’ kuntatt

Meta taqsam magħna l-esperjenza tiegħek tkun qed tgħinna nkomplu ntejbu l-aċċessibbiltà tas-sit web tagħna.

Jekk jogħġbok għidilna jekk tiltaqa’ ma’ xi problemi, jekk ikollok bżonn aċċess għal informazzjoni inaċċessibbli jew jekk issib xi funzjonalità minn tagħna partikolarment utli. Nikkuntattjawk lura mill-aktar fis possibbli.

  • Avviż legali
  • Politika dwar il-privatezza
  • Aċċess
  • Qari ħafif
  • Sitemap
  • Kuntatt