Is-seduti ta' smigħ ta' konferma għall-Kummissjoni Ewropea
L-ewwel rwol għal President tal-Kummissjoni Ewropea li jkun għadu kif ġie elett huwa li jagħżel Kummissarji kandidati abbażi tan-nomini minn kull pajjiż fl-UE. Il-Kummissjoni tinkludi Kummissarju wieħed minn kull pajjiż tal-UE u huma assenjati responsabbiltajiet f’oqsma ta’ politika differenti.
Is-seduti ta’ smigħ ta’ konferma fil-Parlament
Il-Parlament Ewropew jistieden lill-Kummissarji nnominati biex jidhru quddiem il-kumitati xierqa għal seduti ta’ smigħ ta’ konferma sabiex jaraw jekk humiex adatti għall-karigi li ġew assenjati lilhom.
Waqt is-seduti ta' smigħ ta' konferma, il-Membri tal-Parlament Ewropew se jfittxu li jivvalutaw jekk il-Kummissarji nnominati għandhomx l-indipendenza, il-kompetenzi u l-impenn Ewropew biex jservu bħala membri tal-Kummissjoni Ewropea l-ġdida.
Qabel is-seduti ta’ smigħ, il-kumitat għall-affarijiet legali tal-Parlament jeżamina d-dikjarazzjonijiet ta’ interess tal-kandidati biex jeskludi kwalunkwe kunflitt ta’ interess ta’ natura finanzjarja, li huwa prekundizzjoni biex titwettaq is-seduta ta’ smigħ ta’ kandidat partikolari. Il-kandidati jridu jwieġbu wkoll mistoqsijiet bil-miktub imħejjija mill-kumitati parlamentari.
Il-curriculum vitae tal-Kummissarji nnominati, ir-riferenzi għall-pożizzjonijiet tagħhom u t-tweġiba tagħhom għall-mistoqsijiet bil-miktub jiġu ppubblikati fuq is-sit web tal-Parlament qabel ma ssir kull seduta ta’ smigħ ta’ konferma.
Waqt is-seduti ta’ smigħ ta’ konferma, li jixxandru b’mod dirett, il-Kummissarji nnominati jippreżentaw il-programmi tagħhom u jwieġbu għall-mistoqsijiet orali mressqa mill-MEPs.
Wara s-seduti ta’ smigħ, il-presidenti tal-kumitati u r-rappreżentanti tal-gruppi politiċi jivvalutaw il-kandidati u jħejju l-ittri ta’ evalwazzjoni tagħhom. Il-Kummissarji nnominati jistgħu jintalbu jwieġbu aktar mistoqsijiet bil-miktub jew jiġu mistiedna għal seduta ta’ smigħ mill-ġdid.
Kummissarju nnominat li ma jkollux suċċess jista’ jiġi rtirat mill-Istat Membru tiegħu u sostitwit minn kandidat ġdid bi qbil mal-President tal-Kummissjoni. Il-kandidat il-ġdid jeħtieġlu jgħaddi wkoll mill-passi preparatorji kollha u minn seduta ta’ smigħ ta’ konferma fil-Parlament.
Fi tmiem il-proċess, l-ittri ta’ evalwazzjoni tal-kumitati jiġu eżaminati mill-Konferenza tal-Presidenti tal-Kumitati u jintbagħtu lill-Konferenza tal-Presidenti, li huwa korp magħmul mill-President u mill-mexxejja tal-gruppi politiċi tal-Parlament, li jistgħu jitolbu aktar informazzjoni jew jiddikjaraw is-seduti ta’ smigħ ta’ konferma magħluqa.
Il-votazzjoni fil-Parlament dwar il-kompożizzjoni tal-Kummissjoni
Ladarba jingħalqu s-seduti ta’ smigħ ta’ konferma, il-President tal-Kummissjoni jiġi mistieden jippreżenta l-Kulleġġ tal-Kummissarji nnominati u l-programm tiegħu matul dibattitu fil-plenarja, u wara dan il-Parlament Ewropew jivvota dwar il-Kulleġġ tal-Kummissarji fis-sħuħija tiegħu.
Programm għas-seduti ta' smigħ ta' konferma tal-Kummissarji nnominati
Ara l-programm sħiħ għas-seduti ta' smigħ ta' konferma tal-Kummissarji nnominati: – Verżjoni HTML – Verżjoni PDF (bl-Ingliż biss)
Kummissarji nnominati
Henna Maria VIRKKUNEN
Viċi President Eżekuttiv
Il-Finlandja
Is-Sovranità Teknoloġika, is-Sigurtà u d-Demokrazija
Kaja KALLAS
Rappreżentant għoli | Viċi President
L-Estonja
L-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà
Maroš ŠEFČOVIČ
Kummissarju
Is-Slovakkja
Il-Kummerċ u s-Sigurtà Ekonomika
Ir-Relazzjonijiet Interistituzzjonali u t-Trasparenza
Valdis DOMBROVSKIS
Kummissarju
Il-Latvja
L-Ekonomija u l-Produttività
L-Implimentazzjoni u s-Simplifikazzjoni
Wopke Bastiaan HOEKSTRA
Kummissarju
In-Netherlands
Il-Klima, l-Emissjonijiet Żero Netti u t-Tkabbir Nadif
Maria Luís ALBUQUERQUE
Kummissarju
Il-Portugall
Is-Servizzi Finanzjarji u l-Unjoni tat-Tfaddil u tal-Investimenti
Jessika ROSWALL
Kummissarju
L-Iżvezja
L-Ambjent, ir-Reżiljenza tal-Ilma u Ekonomija Ċirkolari Kompetittiva
Piotr Arkadiusz SERAFIN
Kummissarju
Il-Polonja
Il-Baġit, il-Ġlieda Kontra l-Frodi u l-Amministrazzjoni Pubblika
Ekaterina SPASOVA GECHEVA-ZAHARIEVA
Kummissarju
Il-Bulgarija
In-Negozji Ġodda, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni