L-informazzjoni fuq dan is-sit web hija relatata mal-elezzjonijiet Ewropej tal-2024. Dan se jiġi aġġornat għall-elezzjonijiet li jmiss li se jsiru fl-2029.
Elezzjonijiet Ewropej6-9 ta’ Ġunju 2024Kif jiġi żgurat li l-elezzjonijiet Ewropej ikunu ħielsa u ġusti?
Elezzjonijiet ħielsa u ġusti huma fil-qalba tal-proċess demokratiku. Il-votanti għandhom ikunu jistgħu jagħmlu l-għażla tagħhom ħielsa minn kwalunkwe interferenza u manipulazzjoni. Huwa għalhekk li l-pajjiżi tal-UE u l-istituzzjonijiet tal-UE għandhom diversi miżuri fis-seħħ biex jipprevjenu interferenza malinja, diżinformazzjoni, attakki ċibernetiċi u ksur tad-data matul l-elezzjonijiet Ewropej.
L-awtoritajiet elettorali nazzjonali jaħdmu biex jiżguraw li l-elezzjonijiet Ewropej ikunu ġusti u ħielsa minn interferenza u manipulazzjoni. Huma jagħmlu dan f’konformità mal-liġi Ewropea u nazzjonali u bl-appoġġ tal-istituzzjonijiet tal-UE.
Din il-ħidma tinkludi d-difiża tal-elezzjonijiet kontra tentattivi potenzjali ta’ manipulazzjoni tal-informazzjoni, attakki ċibernetiċi, ksur tad-data u theddid ibridu.
Meta ċ-ċittadini jivvotaw fl-elezzjonijiet Ewropej, il-mod kif jivvotaw se jvarja minn pajjiż għal ieħor. F’xi pajjiżi ċ-ċittadini jivvotaw permezz tal-karti tal-vot, f’oħrajn jistgħu jivvotaw elettronikament jew online.
Hemm rutini stabbiliti fis-seħħ għall-verifika doppja tal-għadd tal-votazzjoni, irrispettivament minn kif jinxteħet il-vot. Hemm ukoll fis-seħħ sistemi fil-livell nazzjonali biex jirrapportaw, jivverifikaw u jikkoreġu żbalji tekniċi possibbli, peress li f’kull elezzjoni jistgħu jseħħu irregolaritajiet żgħar u żbalji umani.
In-network Ewropew ta’ kooperazzjoni dwar l-elezzjonijiet ilaqqa’ flimkien l-awtoritajiet tal-Istati Membri inkarigati minn kwistjonijiet elettorali. Hawnhekk tista’ ssib l-awtoritajiet ta’ pajjiżek responsabbli li jiggarantixxu l-integrità elettorali: Ċipru, Franza, id-Danimarka, il-Belġju, il-Bulgarija, il-Finlandja, il-Ġermanja, il-Greċja, il-Kroazja, il-Latvja, il-Litwanja, il-Lussemburgu, il-Polonja, il-Portugall, in-Netherlands, ir-Repubblika Ċeka, ir-Rumanija, is-Slovakkja, is-Slovenja, l-Awstrija, l-Estonja, l-Irlanda, l-Italja, l-Iżvezja, l-Ungerija, Malta, Spanja.
- Aqsam fuq Facebook - Min hu inkarigat li jiżgura li l-elezzjonijiet Ewropej ikunu ħielsa u ġusti?
- Aqsam fuq Twitter - Min hu inkarigat li jiżgura li l-elezzjonijiet Ewropej ikunu ħielsa u ġusti?
- Aqsam fuq LinkedIn - Min hu inkarigat li jiżgura li l-elezzjonijiet Ewropej ikunu ħielsa u ġusti?
- Aqsam fuq WhatsApp - Min hu inkarigat li jiżgura li l-elezzjonijiet Ewropej ikunu ħielsa u ġusti?
Il-URL ġie kkupjat fuq il-clipboard tiegħek.Li tiġi ggarantita ċ-ċibersigurtà tal-elezzjonijiet Ewropej hija r-responsabbiltà ta’ kull pajjiż tal-UE.
Dan ifisser li n-networks u s-sistemi ta’ informazzjoni relatati mal-elezzjonijiet, kif ukoll l-utenti tagħhom, jiġu protetti kontra t-theddid ċibernetiku li jista’ jaffettwahom b’mod negattiv, bi tfixkil għall-proċess elettorali u għall-votanti. Dawn jistgħu, pereżempju, ikunu hacks jew attakki ċibernetiċi.
Qabel l-elezzjonijiet Ewropej, il-pajjiżi tal-UE jikkooperaw biex iħejju għal theddid ċibernetiku potenzjali. Dawn huma appoġġjati minn istituzzjonijiet, korpi u aġenziji tal-UE, bħal pereżempju l-Aġenzija tal-UE għaċ-Ċibersigurtà jew l-Iskwadra ta’ Rispons f’Emerġenza relatata mal-Kompjuters għall-istituzzjonijiet, il-korpi u l-aġenziji tal-UE.
Il-URL ġie kkupjat fuq il-clipboard tiegħek.L-organizzazzjoni ta’ elezzjonijiet sikuri tfisser it-trattament ta’ data personali, bħall-isem, l-indirizz, id-data tat-twelid jew in-numru tal-identità tal-votanti.
L-awtoritajiet elettorali nazzjonali jsegwu r-regoli tal-UE u dawk nazzjonali biex jiżguraw livell għoli ta’ protezzjoni tad-data matul l-elezzjonijiet Ewropej. Dan jinkludi l-protezzjoni tad-data personali kontra l-ipproċessar mhux awtorizzat jew illegali u t-telf aċċidentali.
Sib l-awtorità ta’ pajjiżek li tissorvelja l-protezzjoni tad-data.
- Aqsam fuq Facebook - Kif tiġi żgurata l-protezzjoni tad-data matul l-elezzjonijiet?
- Aqsam fuq Twitter - Kif tiġi żgurata l-protezzjoni tad-data matul l-elezzjonijiet?
- Aqsam fuq LinkedIn - Kif tiġi żgurata l-protezzjoni tad-data matul l-elezzjonijiet?
- Aqsam fuq WhatsApp - Kif tiġi żgurata l-protezzjoni tad-data matul l-elezzjonijiet?
Il-URL ġie kkupjat fuq il-clipboard tiegħek.Id-diżinformazzjoni hija kontenut li jiġi mmanipulat u mxerred apposta bl-intenzjoni li jqarraq jew jiżgwida udjenza sabiex jintlaħqu ċerti għanijiet strateġiċi, politiċi jew ekonomiċi. Dan jista’ jsir pereżempju biex idgħajjef il-fiduċja fl-istituzzjonijiet, il-proċessi jew l-elezzjonijiet demokratiċi jew biex jinfluwenza r-riżultati.
Id-diżinformazzjoni mhux bilfors tista’ tkun kompletament falza jew iffabbrikata. Il-manipulazzjoni tista’ tieħu ħafna forom. Ħafna drabi tiddependi fuq li tippreżenta informazzjoni jew kontenut barra mill-kuntest, takkumpanjahom b’titlu jew ritratt qarrieqi jew tippreżenta kontenut reali bħala li mhux.
Id-diżinformazzjoni tista’ tkun ta’ theddida għas-soċjetà minħabba li tista’ ddgħajjef id-demokrazija, tfixkel id-dibattitu demokratiku, tippolarizza s-soċjetà u tagħmilha diffiċli għaċ-ċittadini biex jagħmlu l-għażla demokratika tagħhom ħielsa mill-interferenza u l-manipulazzjoni.
- Aqsam fuq Facebook - Għaliex jeħtieġ li niġġieldu d-diżinformazzjoni qabel l-elezzjonijiet Ewropej?
- Aqsam fuq Twitter - Għaliex jeħtieġ li niġġieldu d-diżinformazzjoni qabel l-elezzjonijiet Ewropej?
- Aqsam fuq LinkedIn - Għaliex jeħtieġ li niġġieldu d-diżinformazzjoni qabel l-elezzjonijiet Ewropej?
- Aqsam fuq WhatsApp - Għaliex jeħtieġ li niġġieldu d-diżinformazzjoni qabel l-elezzjonijiet Ewropej?
Il-URL ġie kkupjat fuq il-clipboard tiegħek.Żomm pass lura u aħsibha sew qabel ma tikkondividi! Id-diżinformazzjoni hija xprunata minn persuni li jagħfsu l-buttuna “share” jew il-buttuna “like” mingħajr ma jaħsbuha darbtejn u saħansitra mingħajr ma jkunu qraw dak li jkunu se jikkondividu.
Id-diżinformazzjoni spiss tiddependi fuq waħda minn dawn it-tekniki biex tikkonvinċi lin-nies jikkondividuha:
- tqanqal sentimenti qawwija – bħal rabja, għadab, biża’ jew regħba;
- tkun ippolarizzata ħafna;
- tkun tidher “tajba wisq jew ħażina wisq biex tkun vera”.
Iċċekkja l-iskeda informattiva “Kif tidentifika l-aħbarijiet foloz” għal pariri u suġġerimenti.
- Aqsam fuq Facebook - X’nista’ nagħmel biex ngħin fil-ġlieda kontra d-diżinformazzjoni?
- Aqsam fuq Twitter - X’nista’ nagħmel biex ngħin fil-ġlieda kontra d-diżinformazzjoni?
- Aqsam fuq LinkedIn - X’nista’ nagħmel biex ngħin fil-ġlieda kontra d-diżinformazzjoni?
- Aqsam fuq WhatsApp - X’nista’ nagħmel biex ngħin fil-ġlieda kontra d-diżinformazzjoni?
Il-URL ġie kkupjat fuq il-clipboard tiegħek.L-istituzzjonijiet tal-UE, is-soċjetà ċivili u oħrajn qed jaħdmu b’diversi modi biex jiġġieldu d-diżinformazzjoni. Skopri aktar hawnhekk:
- Is-sit web tal-Parlament Ewropew dwar id-diżinformazzjoni
- Is-sit web tal-Kummissjoni Ewropea dwar id-diżinformazzjoni
- Is-sit web tas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna dwar id-diżinformazzjoni
- Is-sit web tat-Task Force East Stratcom EUvsDisinfo
- L-Osservatorju Ewropew tal-Media Diġitali (EDMO) ilaqqa’ flimkien verifikaturi tal-fatti, esperti tal-litteriżmu fil-media u riċerkaturi akkademiċi biex janalizzaw u jiġġieldu d-diżinformazzjoni. L-EDMO għandu ċentri li jkopru l-pajjiżi kollha tal-UE
- Lista ta’ verifikaturi tal-fatti nazzjonali: In-Network Ewropew tal-Istandards tal-Kontroll tal-Fatti (EFCSN)
Il-URL ġie kkupjat fuq il-clipboard tiegħek.