Elezzjonijiet Ewropej6-9 ta’ Ġunju 2024

Kif jiġi żgurat li l-elezzjonijiet Ewropej ikunu ħielsa u ġusti?

Elezzjonijiet ħielsa u ġusti huma fil-qalba tal-proċess demokratiku. Il-votanti għandhom ikunu jistgħu jagħmlu l-għażla tagħhom ħielsa minn kwalunkwe interferenza u manipulazzjoni. Huwa għalhekk li l-pajjiżi tal-UE u l-istituzzjonijiet tal-UE għandhom diversi miżuri fis-seħħ biex jipprevjenu interferenza malinja, diżinformazzjoni, attakki ċibernetiċi u ksur tad-data matul l-elezzjonijiet Ewropej.