L-informazzjoni fuq dan is-sit web hija relatata mal-elezzjonijiet Ewropej tal-2024. Dan se jiġi aġġornat għall-elezzjonijiet li jmiss li se jsiru fl-2029.

Elezzjonijiet Ewropej6-9 ta’ Ġunju 2024

Wara l-elezzjonijiet

L-elezzjonijiet Ewropej li saru bejn is-6 u d-9 ta’ Ġunju 2024 fetħu l-kapitlu li jmiss għall-Unjoni Ewropea. Il-Membri l-ġodda tal-Parlament Ewropew ħadu għadd ta' deċiżjonijiet ewlenin dwar min se jmexxi l-istituzzjonijiet tal-UE u reġgħu bdew il-ħidma tal-Parlament li jadotta l-leġiżlazzjoni u jżomm responsabbli lill-Kummissjoni Ewropea u lil korpi oħra tal-UE.

Skopri x'jiġri wara l-elezzjonijiet u kif il-Parlament Ewropew għandu rwol ewlieni fil-proċess.